Intersess

Il-ġisem intersess hu parti mid-diversità naturali tal-bniedem. Int persuna, ġismek huwa uniku, u għandu istorja x’jirrakkonta.

Bħala persuna intersex, jixraqlek tħoss il-pjaċir, issib il-kura u tiġi rispettata skont ix-xewqat tiegħek.

Għal diversi snin, il-mediċina pruvat iddeffes il-ġisem intersess fil-binjaru tas-sess, jiġifieri dak ta’ raġel jew dak ta’ mara. 

F’diversi każijiet saru operazzjonijiet u trattamenti bl-ormoni mingħajr il-kunsens tal-persuna intersex. Illum il-ġurnata, adulti intersex sabu leħinhom u qed jgħidu b’mod ċar li ġisimhom mhux żball, u kellhom jingħataw għażla.

Jekk inti intersex, ġismek hu tiegħek. Int tiddeċiedi x’inhu tajjeb għalik. Xi wħud jippreferu jieħdu trattament bl-ormoni jew jagħmlu operazzjonijiet biex iħossuhom aktar komdi. Oħrajn le. It-tnejn huma għażliet validi.