Who are we? // Min aħna?

Welcome to Malta’s first truly inclusive, comprehensive, and queer-affirming sex education platform, created by the Malta LGBTIQ Rights Movement (MGRM) through its Sexual Health Working Group.

We built this resource because sex education in Malta has not kept pace with the real needs of real people. It’s often not comprehensive, rarely practical, and still far from fully inclusive of LGBTIQ people. Too many of us; queer youth, adults, parents, educators, have had to learn about bodies, pleasure, relationships, gender, sexuality, and safety from guesswork, misinformation, or porn, none of which were designed to teach accurate information.

We believe that everyone deserves access to evidence-based, shame-free, queer-positive information about their bodies and pleasure; information that understands the diversity of identities, orientations, and ways people have sex.

Knowledge about sex should come from education, not pornography, and from a place of empowerment, not fear and stigma.

This website exists to fill that gap.

Our goal is simple:
- To provide up-to-date, accurate, and culturally relevant information
- To center queer and trans experiences
- To celebrate pleasure while promoting safety
- To support healthier relationships, healthier bodies, and healthier communities
- To give everyone in Malta access to the sex education they deserved from the start

We’re here to help you understand your body, your desires, and your options: confidently, respectfully, fun and shame free!

This is education by the community, for the community.

Merħba fl-ewwel pjattaforma ta' edukazzjoni sesswali ta' Malta li hija tassew inklużiva, komprensiva, u pożittiva għal nies queer, maħluqa mill-Malta LGBTIQ Rights Movement (MGRM) permezz tal-Grupp ta' Ħidma tagħha dwar is-Saħħa Sesswali.

Bnejna dan ir-riżors għaliex l-edukazzjoni sesswali f’Malta ma mxietx mal-pass tal-ħtiġijiet reali ta' nies reali. Ħafna drabi ma tkunx komprensiva, rari tkun prattika, u għadha 'l bogħod milli tkun inklużiva għalkollox għal persuni LGBTIQ. Ħafna minna; żgħażagħ kwir, adulti, ġenituri, edukaturi, kellna nitgħallmu dwar il-ġisem, il-pjaċir, ir-relazzjonijiet, il-ġeneru, is-sesswalità, u s-sigurtà minn dak li nimmaġinaw, inkella minn informazzjoni żbaljata jew porn, u l-ebda waħda minnhom ma kienet iddisinjata biex tagħtina tagħlim u informazzjoni preċiża.

Aħna nemmnu li kulħadd jistħoqqlu aċċess għal informazzjoni bbażata fuq l-evidenza, ħielsa mill-mistħija, u pożittiva għal nies queer dwar ġisimhom u l-pjaċir tagħhom; informazzjoni li tikkunsidra d-diversità tal-identitajiet, l-orjentazzjonijiet, u l-modi kif in-nies jagħmlu s-sess.

L-għarfien dwar is-sess għandu jiġi mill-edukazzjoni, mhux mill-pornografija, u minn post ta' empowerment, mhux minn biża' u stigma.

Din il-website teżisti biex timla dak il-vojt.

L-għan tagħna huwa sempliċi:

  • Li nipprovdu informazzjoni aġġornata, preċiża, u rilevanti kulturalment

  • Li niffokaw fuq l-esperjenzi kwir u trans

  • Li niċċelebraw il-pjaċir filwaqt li nippromwovu s-sigurtà

  • Li nappoġġjaw relazzjonijiet aktar b'saħħithom, iġsma aktar b'saħħithom, u komunitajiet aktar b'saħħithom

  • Li nagħtu aċċess lil kulħadd f’Malta għall-edukazzjoni sesswali kif kien mistħoqq minn dejjem

Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk tifhem ġismek, ix-xewqat tiegħek, u l-għażliet tiegħek: b'kunfidenza, b'rispett, b'mod divertenti, u mingħajr mistħija!

Din hija edukazzjoni mill-komunità, għall-komunità.

Contributors / Kontributuri

  • Kyra Lautier she/her (illustration)

  • Robert Attard he/him (content + project management)

  • Ryan Portelli he/him (content)

  • Claudia Bartolo Tabone she/her (content revision)

  • Alex Caruana he/him (content revision)

  • Amanda Cossai she/her (content revision)

  • Aurora Attard Coleiro she/her (content revision & translation)

  • Matthew Saverio Chircop they/them (content revision)

  • Dr. Angele Deguara she/her (content translation)

  • Dr. Valeska Padovese she/her (content revision)

  • Karen Mamo she/her (content revision)

  • Shania Catania she/her (social media content)

  • Jazmin Conti she/her (Sexual Health WG)

  • Ayush Biyani he/him (Sexual Health WG)

  • Raine Borg they/them (Sexual Health WG)

U numru ta’ voluntiera li preferew jibqgħu anonimi <3 // And a number of volunteers who chose to remain anonymous <3