Sess Anali

Is-sess anali jista’ jkun logħob, intimu, erotiku, romantiku, goff, ġentili jew sempliċement xi ħaġa li tixtieq tifhem aħjar- ħaġa waħda li għandu jkun dejjem, hija kunsenswali.

Ħafna nies jesploraw il-pjaċir anali, u għall-irġiel gay u bi, ħafna drabi huwa parti ċentrali mill-kultura sesswali. Iżda s-sess anali jappartjeni għal kull min għandu anus (toqba tal-warrani)- ġifieri għal kull min hu kurjuż dwar dawn is-sensazzjonijiet.

M'hemm bżonn tkun espert, u m’hemmx għaġla biex titgħallem kif. Il-kurżità hija biżżejjed.

Jekk is-sess anali ma jinteressakx, jew sempliċement m'għandekx aptit meta jkollok lil xi ħadd sexy miegħek fil-kamra tas-sodda, ftakar li s-sess anali huwa għażla, mhux xi ħaġa ta’ bilfors.

Is-sess anali ma jfissirx neċessarjament penetrazzjoni. Jista’ jinkludi:

  • Logħob u pressjoni esterna bl-idejn mal-warrani

  • Rimming (Lagħaq tal-anus)

  • Fingering (Dħul ta’ swaba fl-anus)

  • Toys

  • Fisting (Dħul ta’ ponn fl-anus)

Xi nies jesperjenzaw pjaċir kbir. Oħrajn isibuha esperjenza newtrali jew skomda.