Il-Kontraċezzjoni

Is-sess fih ħafna varjazzjonijiet: jista' jkun emozzjonali, sabiħ, ġentili, kaotiku, romantiku, każwali, ippjanat jew spontanju. Il-kontraċezzjoni hija sempliċement il-parti fejn innaqqsu ċ-ċans ta’ tqala meta t-tqala ma tkunx mixtieqa.

F’Malta, dan huwa importanti b’mod speċjali minħabba l-liġijiet stretti tagħna dwar l-abort. Dan ifisser li l-prevenzjoni ta’ tqala mhux mixtieqa mhijiex biss preferenza personali, iżda spiss hija bżonn prattiku u emozzjonali.

Il-kontraċezzjoni hija importanti meta:

  • Hemm l-isperma involuta.

  • Hemm vaġina u utru fil-proċess.

Dan jista’ jinkludi nisa cis u bi, irġiel trans, u xi nies mhux binarji (non-binary), irrispettivament mill-identità tal-ġeneru, tikketti, jew relazzjonijiet. Din il-paġna tiffoka fuq il-prevenzjoni tat-tqala.

Għal informazzjoni dwar l-STIs (Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment) agħfas hawn. Għal PrEP, PEP u Prevenzjoni tal-HIV agħfas hawn.