PrEP u PEP

Probabbilment smajt bil-PrEP, imma rridu nkunu ċerti li dak kollu li taf hu tajjeb. Il-PrEP (Pre-Exposure Prophylaxis) hija pillola magħmula minn żewġ mediċini. Meta tittieħed b’mod korrett minn nies li m’għandhomx l-HIV, hija effettiva ħafna biex ma taqbdekx l-HIV.

Din m’hijiex mediċina ġdida jew sperimentali. Filwaqt li qabel kienet tinxtara biss mill-ispiżeriji, illum il-PrEP hija disponibbli b’xejn f’Malta għal residenti f’Malta li huma mpjegati legalment.