Sess Orali

Is-sess orali huwa meta persuna tuża ħalqha, xufftejha jew ilsienha biex tistimula l-ġenitali jew it-toqba tas-sorm ta’ persuna oħra. Dan it-tip ta’ sess jista’ jingħata lil persuna, jiġi riċevut mingħand persuna jew isir b’modijiet oħrajn. Importanti li ngħidu wkoll li dan xorta jitqies bħala sess anke jekk ħadd ma jġibha.

Għal xi nies, is-sess orali huwa kemxejn intimu waqt li għal oħrajn huwa aktar playful, horny, comforting jew sempliċiment ta’ gost. M’hemmx mod wieħed kif wieħed jista’ jinterpreta s-sess orali għax dawn l-opinjonijiet kollha huma validi.

Is-sess orali, bħal kull forma oħra ta’ sess, għandu jsir biss jekk min hu involut ikun iridu. Billi persuna tieħu gost bis-sess orali ma jfissirx li hija aktar esperjenzata jew ġeneruża u imbilli xi ħadd ma jiħux gost bih ma jfissirx li huwa egoist  jew inesperjenzat.

Xi nies, speċjalment dawk trans* jew ta’ ġeneri diversi, jippreferu kliem differenti meta wieħed jirreferi għal ġenitali tagħhom. Meta nistaqsu xi kliem persuna tippreferi nkunu qed ngħinu biex l-esperjenza tkun aktar pjaċevoli u affermanti waqt li nirrispettaw lil oħrajn!