Chemsex

Il-Chemsex jirreferi għall-użu ta’ ċerti sustanzi biex itejbu jew itawlu l-attività sesswali. Din hija prattika komuni f’ħafna komunitajiet kwir, speċjalment fost l-irġiel li jkollhom sess ma’ rġiel oħra (gay/bisesswali). In-nies jipparteċipaw għal raġunijiet differenti - pjaċir, konnessjoni, kunfidenza, jew kurżità.

Għal oħrajn, is-sustanzi jistgħu jintużaw biex itaffu jew itebbgħu sentimenti diffiċli bħal nuqqas ta’ kapaċità, solitudni, dwejjaq, skonnessjoni, ansjetà, jew nuqqas ta’ stima fihom infushom. Meta l-chemsex isir il-mod primarju kif wieħed jiffaċċja l-uġigħ emozzjonali jew is-solitudni, hemm ċans akbar li dan isir problematiku jew diffiċli biex tikkontrollah, u jista’ jżid ir-riskji għas-saħħa fiżika u mentali. Dawn huma s-sitwazzjonijiet fejn it-tnaqqis tal-ħsara (harm reduction), l-appoġġ, u l-kura mingħajr ġudizzju huma l-aktar importanti.

Din il-gwida mhix hawn biex tinkuraġġixxi lill ħadd biex jipparteċipa fil-chemsex, u qas biex tiġġudika lil dawk li diġa jipparteċipaw. Hija hawn biex tgħinek tibqa’ aktar sigur, infurmat, u f’kontroll tal-għażliet tiegħek.

Importanti li tkun taf li l-maġġoranza assoluta tas-sustanzi li jintużaw fil-chemsex huma illegali.