Is-Sess fih buzz kbir... imma l-STIs? Ma tantx!

Imma tiddejjaqx: jekk tkun taf x’hemm hemm barra (apparti nies sbieħ!) tgħinek tibqa’ f’saħħtek, u żżomm sens ta’ sigurtà u kunfidenza. Hawn hi l-gwida tiegħek għall-aktar STIs komuni, kif jidhru, u kif tevitahom mingħajr ma titlef il-gost.

Xi pariri ġenerali:

  • Kondoms: Fuq il-pene u s-sex toys; ibdilhom bejn persuna u oħra jew bejn partijiet differenti tal-ġisem.

  • Dental Dams: (Jew kondom maqtugħ) għal sess orali fuq il-vulva jew l-anus.

  • Ingwanti: Għal logħob bl-idejn; żomm id-dwiefer qosra; uża ħafna lubrikant u importanti li jkun hemm fiduċja fil-partner/s.

  • Ittestjar: Jekk għandek partner ġdid/a jew diversi partners, iċċekkja kull 3–6 xhur; agħmel swabs kullimkien fejn kien hemm kuntatt.

  • Vaċċini: HPV, Hep A, Hep B, Mpox.

  • PEP u PrEP: Kun af minn fejn tista' ġġibhom lokalment.

  • Iġjene tas-sex toys: Ilma sħun bis-sapun; għalli s-silikon/metall jekk il-manifattur jindika li tista’; uża kondom ġdid għal kull persuna.

  • Jekk tħossok ma’ tiflaħx: Jekk għandek dijarea, feriti ġodda, deni jew raxx, waqqaf is-sess sakemm tiċċekkja. Jekk m'intix f'siktek, is-sess mhux se jkun pjaċevoli, u dan imur kontra l-iskop kollu tiegħu!