Nisa Ċis u AFAB
Jinkludu nies non-binary b’iġsma li ġew assenjati nisa fit-twelid, u irġiel trans qabel l-ormoni.
Jekk int mara trans, għafas hawn.
-
Il-partijiet kollha li jidhru minn barra; ix-xufftejn (labia majora u labia minora), il-klitoris, l-uretra, il-fetħa tal-vaġina, u l-perinew (perineum). Dawn jissejħu flimkien il-vulva (mhux il-vaġina!).
M’hemmx żewġ vulvi li jidhru l-istess. Ix-xufftejn (labia) jistgħu jkunu twal, qosra, moħbija, mhux indaqs, lixxi, bit-tikmix, skuri, jew ċari; kollha huma totalment normali u sbieħ.
Il-vulva tnaddaf lilha nnifisha: m’hemmx bżonn ta' douching, sapun, jew fwejjaħ. Ilma sħun biss huwa biżżejjed.
Ix-xufftejn (labia) jistgħu jintefħu u jiskuraw meta jkun hemm tqanqil sesswali; din hija ħaġa tajba!
Xi nies jieħdu pjaċir bi stimulazzjoni esterna (tħakkik tax-xufftejn, pressjoni, vibrazzjoni) aktar milli bil-penetrazzjoni.
-
Il-ponta li tidher hija biss il-bidu; hija bħall-ponta ta' iceberg ta' pjaċir. Il-klitoris sħiħa hija organu f’forma ta' "wishbone" li tinfirex fil-fond tal-ġisem, u ddur madwar il-kanal vaġinali.
Hija mimlija b’madwar 8,000 tarf tan-nervituri, aktar minn kwalunkwe parti oħra tal-ġisem.
Il-klitoris tqum (erect) meta jkun hemm tqanqil, bħall-pene, għax hija magħmula mill-istess tessut li jintefaħ u li jibqa' sejjer sal-fataħ tal-vaġina.
Mhux kulħadd iħobb it-tmiss dirett; ipprova ċrieki, l-ilsien, jew pressjoni indiretta minflok.
L-orgażmi jistgħu jkunu klitorali, interni, imħallta, jew mal-ġisem kollu; m’hemm l-ebda tip "tajjeb" jew wieħed biss.
-
Il-vaġina hija l-kanal intern li jinfetaħ u jitreħa u li jwassal mill-vulva saċ-ċerviċi. Tista’ tespandi għall-penetrazzjoni, toys, jew waqt il-ħlas; imma mhux dejjem tkun lesta mill-ewwel.
It-tqanqil jista’ jġib lubrikazzjoni naturali imma dan mhux neċessarjament jiġri dejjem, għalhekk isma’ lill-partner tiegħek u uża l-lube jekk ikun hemm bżonn; jekk tisforza l-penetrazzjoni mingħajru tista' tikkawża uġigħ jew feriti żgħar (microtears). Bl-istess mod, li wieħed "ixarrab" mhijiex sinjal żgur ta’ tqanqil u ma tindikax kunsens jew prontezza għas-sess.
Huwa normali li l-iscrit (discharge) jinbidel matul iċ-ċiklu: dak huwa l-ġisem tiegħek iżomm l-affarijiet ibbilanċjati.
Il-G-spot mhijiex organu separat; hija żona sensittiva konnessa man-netwerk intern tal-klitoris.
Il-vaġini jnaddfu lilhom infushom; evita d-douches u s-sapun bil-fwieħa, għax iħabbtu l-pH tiegħek.
-
Anke mingħajr prostata, l-anu u t-tessut ta’ madwaru huma mimlijin truf tan-nervituri u jistgħu jkunu sors kbir ta’ pjaċir għal nies AFAB (assigned female at birth) ukoll.
Il-lube huwa l-aqwa ħabib tiegħek, uża ħafna minnu għax l-anu ma jillubrikax ruħu!
Ibda bil-mod ħafna, bi ħaġa żgħira, u rrilassa; it-tensjoni tagħmilha aktar diffiċli u inqas komda.
Li timmassaġġja l-vulva waqt il-penetrazzjoni anali jista’ jgħin il-proċess u jżid il-pjaċir!
L-iġjene u l-komunikazzjoni (jekk tkun ma' partner) huma aktar importanti mit-teknika.
-
Il-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi jżommu l-bużżieqa tal-awrina, l-utru, u l-musrana; u għandhom rwol kbir fil-pjaċir sesswali u l-orgażmu.
Muskoli tal-pelvi b’saħħithom u flessibbli jistgħu jagħmlu l-orgażmi aktar intensi.
Il-Kegels (eżerċizzji ta’ tagħfis) jgħinu, iżda jekk tagħmilhom iżżejjed tista' tikkawża tagħfiss jew uġigħ.
Fiżjoterapisti tal-pelvic floor jistgħu jgħinu f’każ ta' uġigħ, tnixxija ta' awrina, jew tensjoni: m’hemmx mistħija, hija xjenza. Id-dgħjufija tal-pelvic floor tista’ tiġri wara l-ħlas u waqt il-menopawża u hija totalment normali.
-
Iċ-ċerviċi qiegħed fit-tarf tal-vaġina. Huwa l-fataħ żgħir f’forma ta' donat li jagħti għall-utru.
Xi nies iħobbu stimulazzjoni ġentili taċ-ċerviċi, oħrajn isibuha skomda (jew bl-uġigħ).
Waqt it-qanqil, iċ-ċerviċi normalment jogħla u jimxi lura biex jagħmel l-ispazju.
Jista' jinħass aktar iebes jew artab skont iċ-ċiklu tiegħek.
Jekk qed tħoss uġigħ fiċ-ċerviċi waqt is-sess, jista’ jkun li għandek bżonn aktar lube, foreplay, jew angolu inqas profond.
Iċ-ċerviċi mhuwiex ftuħ li minnu jista’ jgħaddi xi oġġett (sakemm ma tkunx qed tilled, li hija rari relattivament), il-vaġina hija kanal magħluq. Għalhekk xejn ma jista’ "jintilef" ġewwa fik. La kondoms, la tampons u lanqas toys. L-affarijiet jistgħu jeħlu jew isiru diffiċli biex tilħaqhom (mill-ġdid, rari), iżda ma jistgħux jgħaddu miċ-ċerviċi għal ġo l-addome. Mela jekk tħoss li xi ħaġa weħlet xi mkien, ħu nifs, irrilassa, ipprova pożizzjoni "squat" u forsi qabbad partner biex jgħinek toħroġha. Jekk dan ma jaħdimx, fittex professjonist mediku imma tippanikjax.
-
L-hekk imsejjaħ G-spot mhuwiex "buttuna" waħda, huwa parti minn netwerk akbar ta' tessut li jintefaħ konness mal-klitoris u l-isponża tal-uretra.
Spiss jinħass bħal tessut b'xi rukkelli jew "ridges" fuq il-ħajt ta’ quddiem tal-vaġina, madwar 2–3 pulzieri 'l ġewwa.
L-istimulazzjoni ta’ din iż-żona tista’ tipproduċi orgażmi aktar profondi u "sħaħ" għal xi wħud.
Xi nies "squirting" (joħorġu likwidu ċar mill-uretra) waqt dan it-tip ta’ stimulazzjoni. Dan huwa totalment normali, u mhux obbligatorju. Mhux kulħadd jesperjenzah u m’għandux ikun xi ħaġa li tistinka għaliha—il-pjaċir huwa l-għan!
Huwa tajjeb ukoll jekk ma tħossx wisq hemmhekk—kull ġisem huwa mibni b'mod differenti!
-
L-uretra hija l-fataħ żgħir eżatt fuq il-kanal vaġinali minn fejn joħroġ il-pipi.
It-tessut ta’ madwarha (l-isponża uretali) jista’ jkun super sensittiv u jikkontribwixxi għall-pjaċir tal-G-spot.
Imsah minn quddiem għal wara wara li tgħaddi l-awrina biex tevita infezzjonijiet (UTIs).
Huwa rakkomandat li tgħaddi l-awrina wara s-sess; dan jgħin biex jitlaħlaħ il-batterji.
Waqt il-penetrazzjoni, il-lube u l-kondoms jistgħu jnaqqsu l-irritazzjoni mill-frizzjoni
-
In-nippliet u l-areoli huma mimlijin truf tan-nervituri u jistgħu jirrispondu għat-tmiss, il-ġbid (suction), it-temperatura, jew il-vibrazzjoni.
Huwa totalment normali jekk iqumu (erect) meta tkun imqanqal, fil-kesħa, jew stimulati- iżda mill-ġdid, kull ġisem huwa differenti!
Xi nies jistgħu jaslu għall-orgażmu minn logħob mal-bżieżel biss- oħrajn ma jħobbux it-tmiss hemmhekk xejn!
Is-sensittività tan-nippliet tvarja skont l-ormoni, it-tqala, jew operazzjonijiet (top surgery, implants, eċċ.).
-
Iż-żona bejn il-vulva u l-anu hija ratba, sensittiva, u tirreaġixxi għall-pressjoni jew it-tmiss.
Tista’ tiċċarrat waqt sess goff jew waqt il-ħlas, iżda normalment tfiq sew b’mistrieħ u iġjene.
Jekk il-perineum tiegħek muġugħ jew imċarrat:
Żommu nadif u niexef.
Evita s-sess sakemm ifiq.
Uża "sitz bath" jew kompressa sħuna għall-kumdità.
Ara tabib jekk ikun hemm uġigħ qawwi, fsada, jew nefħa.