BDSM

Il-BDSM huwa terminu li jiġbor taħtu prattiċi sesswali u intimi kunsenswali li jesploraw il-poter, il-kontroll, is-sensazzjonijiet, l-istruttura u l-fiduċja. It-Term bl-ingliż ifisser Bondage & Discipline (B&D), Dominance and Submission (D/s) and Sadism & Masochism (S/M). Huwa jaqa' taħt id-definizzjoni usa' ta' kink. Għal xi nies, il-BDSM huwa parti ċentrali mill-ħajja sesswali tagħhom, li għal xi uħud jista isir parti mil-ħajja ta' kuljum, f'limiti miftiehma. Għal oħrajn, huwa temporanju, okkażjonali, sempliċement logħba, jew purament kwistjoni emozzjonali. M'hemm l-ebda mod speċifiku wieħed ta’ kif tipprattikah.

Storikament, jingħad li l-BDSM għandu l-għeruq tiegħu fil-kolonjaliżmu, il-gwerer u l-mod kif l-istati kienu jeżerċitaw il-poter fuq il-poplu tagħhom stess jew fuq popli oħra. Dan huwa suġġett kumpless, iżda huwa importanti li nagħrfu l-għeruq ta’ dawn il-prattiki sabiex nifhmu kif saret il-bidla minn poter, dixxiplina u kastig imposti bis-saħħa jew bil-forza, għal attivitajiet ibbażati fuq il-kunsens. Is-subkulturi queer bdew jagħtu kuntest ġdid lil dawn id-dinamiċi matul is-seklu għoxrin.

Il-BDSM għandu għeruq fondi ukoll fil-komunitajiet queer u trans, inkluż fil-kultura tal-ġilda (leather culture), l-istorja tal-BDSM leżbjan, il-kultura tal-ballroom, u n-netwerks ta' familji magħżula (chosen families). Għal ħafna adulti queer, il-kink joffri spazju għal espressjoni erotika, ewforija tal-ġeneru, u dinamiki ta' poter li ma jsegwux aspettattivi tradizzjonali.